Pariġi fakkret lil uliedha li nqatlu fit-13 ta’ Novembru 2015 b’purċissjoni li għaqdet lis-sitt postijiet fejn seħħew l-attakki, minn Saint-Denis għal Pariġi.
Fil-lejl tat-13 ta’ Novembru 2015, disat irġiel wettqu serje ta’ attakki viċin l-iStade de France f’Saint-Denis, fis-sala tal-kunċerti Bataclan, u f’diversi ristoranti madwar il-kapitali Franċiża. 130 persuna mietu f’dawn l-attakki, u 350 sfaw midruba.
L-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku refa’ r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk.
Fost l-aktar filmati li kissru l-qlub ta’ kull min xi darba jew oħra żar Pariġi, hemm filmat ta’ swied il-qalb li juri partiartji Franċiżi jevakwaw l-iStade de France minħabba l-isplużjonijiet.
Hekk kif intebħu li dan kien attakk terroristiku, infexxew ikantaw l-Innu Nazzjonali ta’ Fraza, La Marseillaise, bħala turija qawwija ta’ qlubija.