Mal-Mija u sittin suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta se jieħdu sehem fit-Trooping the Presidential Colour. Parata li se tfakkar l-erbgħa u erbgħin sena Malta Republikka f’Misraħ San Gorġ fil-Belt Valletta.
One News segwa l-aħħar taħriġ għal din il-parata qabel il-ħamis filgħodu quddiem l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiz, il-pubbliku u turisti, isellmu lil Malta Repubblika.
Fil-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Luqa segwejna lil Garrsion Sergeant Major Roger Mulvaney, jagħti l-istruzzjonijiet lis-suldati biex jagħmlu l-passi li jiffurmaw il-koreografija li kienet akkumpanjata mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Taħriġ li sar ta’ kuljum għal dan l-aħħar xahar.
“Taħriġ intensiv jinvolvi ħafna għajjat u preparamenti. Is-sena li għaddiet kienet l-ewwel sena li għamilnieha Pjazza San Ġorġ.”
Din se tkun it-tieni sena li se terġa’ isir it-‘Trooping the Presidential Colour’. Qabel is-sena li ghaddiet, l-aħħar parata li saret ta’ dan t-tip f’pajjiżna kien fil-bidu tas-seklu għoxrin.
“Il-Parata hija unika għandna l-‘Presidential colour’ li tfisser lealtà lejn il-pajjiż u l-President.”
Għaldaqstant, l-istedina tal-Forzi Armati ta’ Malta hija sabiex il-ħamis filghodu l-pubbliku malti jsegwi din ic-cerimonja u bhala nazzjon wiehed infakkru lil Malta Repubblika.
Il-Garrsion Sergeant Major Roger Mulvaney qal li l-poplu Malti ghandu jkun kburi li Malta nghatat ir-Repubblika.
“Kull pajjiż għandu jkollu ċertu ‘pride’ u lealtà lejn il-Forzi tal-Ordni tiegħu u aktar minn hekk qegħdin niċċelebraw Jum ir-Repubblika.”