Bħalissa l-inħawi tad-dar ta’ Daphne Caruana Galizia flimkien maż-żona ta’ fejn sar id-delitt jinsabu ċċirkondati mill-Pulizija, fejn qed iżomm kontroll assolut sabiex tiġi ppriservata x-xena tad-delitt. It-triq tinsab magħluqa minn metri ‘l bogħod mid-dar.
Il-familjari u anke r-residenti tal-madwar qed jidħlu taħt restrizzjonijiet stretti u jistgħu jidħlu fiż-żona bil-pass biss. Dan filwaqt li l-Pulizija qed titlob għad-dettalji ta’ dawk kollha li jidħlu fiż-żona.
Il-karozza ġiet mgħottija taħt tinda tas-sezzjoni tal-forensika. Dan sar sabiex jiġu protetti kull traċċi ta’ evidenza. Fl-għalqa hemm ukoll numru żgħir ta’ Pulizija li qed jagħmlu dik li hija msejħa bħala grid search, tfittxija li tagħmel il-Pulizija biex tkun ċerta li ma ntilfet l-ebda evidenza.
In-numru ta’ Pulizija fuq ix-xena tad-delitt naqas iżda mistenni jerġa jiżdied ma’ sbieħ il-jum.
L-investigaturi tal-FBI mistennija jaslu f’ pajjizna mas-sebħ ta’ għada filgħodu.
L-investigazzjonijiet fuq ix-xena tad delitt qed jitmexxew mill-ispettur Keith Arnaud