Waħda miż-żewġt aħwa ta’ Daphne Caruana Galizia kkonfrontat pubblikament u keċċiet lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia minn quddiem ir-ritratt ta’ Caruana Galizia li tpoġġa fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt.
Il-kommossjoni nqalgħet għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu malli Delia flimkien mal-ogħla uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista fosthom l-ex Ministru Nazzjonalista Louis Galea ressqu quddiem il-monument biex ipoġġu l-kuruna tal-fjuri.
Malli Delia kien se jpoġġi l-kuruna f’riġlejn il-monument, Helene Asciak, oħt Caruana Galizia kkonfrontat direttament lil Delia u lid-delegazzjoni kollha tal-Partit Nazzjonalista li ma kinux milqugħa u talbithom jitilqu minn fuq il-post.
Fl-istess waqt akkużatu li kien qiegħed jagħmel dan kollu biex jidher quddiem il-midja tal-Partit Nazzjonalista.
Helene Asciak stqarr: “Go away from here please. Please set back. Can you please have respect. You are doing this for your camera.”
Minkejja diversi talbiet minn oħt Caruana Galizia, id-delegazzjoni mmexxija minn Delia baqgħet ma tħarrkitx minn fuq il-post waqt li b’leħen għoli, Asciak bdiet tgħid lil Delia biex iġib rispett għat-talba tagħha u jekk irid iġib rispett lejn oħtha għandu jmur il-qorti.
Dan għaliex Daphne Caruana Galizia kienet allegat li Adrian Delia daħħal flus f’kont banakarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni. Allegazzjoni li dwarha Delia dejjem irrifjuta li jitlob inkjesta maġisterjali sabiex ineħħi dan id-dell ikrah minn fuqu.
B’Oħt Caruana Galizia bagħatet lil Delia l-qorti sabiex jitlob inkjesta maġisterjali fil-konfront tiegħu.
“Go to court and police station“, saħqet Asciak
Filwaqt li tenniet it-talba tagħha biex iwarrab minn quddiem il-memorja ta’ oħta, bdiet tgħajjat kemm tiflaħ SHAME u tgħajjarhom crooks.
Għall-familja ta’ Caruana Galizia, Adrian Delia mhuwiex persuna kredibbli li jfakkar il-memorja ta’ oħthom wara li ftit ġimgħat qabel il-qtil, ħareġ jgħajjarha biċċa blogger.
Iżda Adrian Delia injora din is-sejħa u poġġa l-kuruna tal-fjuri taħt il-monument.
“You have no respect. Shame on you bunch of crooks”, kompliet Asciak.
F’ħakka t’għajn malli niżlu t-taraġ, il-kuruna spiċċa tritaq mal-art.
Filmat: Lovin Malta