L-ajruport Internazzjonali Princess Juliana li jinsab f’waħda mill-gżejjer tal-Karibew San Martin sar famuż għall-iktar inżul perikoluż u li jkexkxek.
Mijiet ta’ turisti jmorru kuljum f’Maho Beach biex joqgħodu eżattament taħt dawn l-ajruplani biex jarawhom ftit metri ‘l bogħod fuq rashom qabel jinżlu fl-ajruport, imma dan l-inżul iqajjimlek ġismek xewk xewk iktar mis-soltu, hekk kif jidher fil-filmat.
Turisti kienu mwerwr meta l-ajruplan Westjet Boeing 737 deher kważi jmiss il-baħar hu u riesaq għall-inżul tiegħu.