Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni reġgħet kienet fuq nett tal-aġenda tal-Parlament Ewropew b’dibattitu jaħraq waqt is-Sessjoni plenarja fi Strasburgu.
Dibattitu li tratta l-Emerġenzi Umanitarji fil-Mediterran u s-Solidarjetà fl-Unjoni Ewropea.
Fl-interventi tagħhom l-Ewroparlamentari għarfu li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali hija problema kollettiva u għalhekk din il-problema għandha tiġi inirizzata immedjatament qabel mal-baħar mediterran jispiċċa jinbidel f’ċimiterju.
Fl-istess waqt oħrajn akkużaw lill-Italja għad-deċiżjoni li ħadet li tagħlaq il-port għall-wasla ta’ aktar minn sitt mitt immigrant fuq il-vapur Acuqarius.
Waqt dan id-dibattitu, l-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli appellat sabiex tittieħed responsabilita’ kollettiva mill-Istati Membri kollha sabiex b’hekk tiġi ndirizzata din ir-realta’ li qed jaffaċjaw ta’ kuljum pajjiżi fil-Mediterran.
Nisimgħu silta mid-diskors tal-ewroparlamentari Laburista.