Il-Milied ifisser affarijiet differenti għal bosta nies. Min ikun qed jistennieh mill-bidu tas-sena u għal oħrajn iġib lura memorji koroh. Għal ulied dan il-missier, żgur li dan il-Milied se jibqa’ mmarkat għal snin twal hekk kif dak li ħasbu li kien raġel komuni liebes ta’ Father Christmas li qed iqassam ir-rigali, kien propju missierhom.
Missier li ilhom ma jaraw għal żmien twil hekk kif kien qed iservi bħala suldat f’missjoni ta’ gwerra. Tispikka l-klima fil-kamra, hekk kif inbidlet minn waħda kalma u kwieta għal waħda mimlija b’emozzjoni u biki ta’ ferħ.
F’dan iż-żmien tas-sena tispikka l-għaqda, li xi kultant tista’ twassalha bl-iktar affarijiet sempliċi. F’dan il-Milied niftakru wkoll f’dawk li ma tantx jistgħu igawduh mal-familja, għaliex fost oħrajn, bħal dan il-missier ikunu qed iservu f’xi missjoni bħala suldati.