Viżjoni waħda, Gvern wieħed, Sena waħda.Il-membri tal-kabinett il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli, is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri ddiskutew il-kisbiet li għamel dak il-Gvern tul l-ewwel sena tal-leġislatura.
Fost dak li ddiskutew tkellmu dwar it-titjib fl-infrastruttura tat-toroq, il-ħolqien ta’ djar fil-komunità għal persuni b’diżabbiltà u kif ukoll ix-shooting range l-ġdida.
Iżda barra minn hekk tkellmu wkoll dwar il-kollegi tagħhom. Ara l-filmat sabiex tisma’ x’kellhom xi jgħidu dwar il-kollegi tagħhom u l-kisbiet.