Il-Filippini laqgħet b’entużjażmu r-rappreżentanta Maltija, Martha Fenech li ftit tal-jiem ilu ħalliet pajjiżna biex tikkompeti f’Miss Universe.
Fenech, f’messaġġ fuq is-sit soċjali Facebook, kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li b’xi mod kienu ta’ għajnuna biex din l-avventura setgħet tkun possibbli. Filmat li poġġiet fuq facebook juri l-entużjażmu li bih intlaqgħet il-mudella Maltija. Fil-kummenti tagħha hija stqarret li tinsab kuntenta ħafna li se ngħatat din l-opportunitá.
Martha Fenech għandha 26 sena u se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-65 edizzjoni ta’ Miss Universe li se tittella’ fid-29 ta’ Jannar fil-Filippini.