Ħadd ma ndarab meta magna tal-ħasil inħakmet minn nirien f’appartament f’Pembroke.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq Pietru D’Armenia meta għal xi raġuni l-magna tal-ħasil inħakmet minn nirien.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.