Il-kampanja elettorali issa tinsab fl-aqwa tagħha, dan hekk kif illum hija propju it-tmintax-il ġurnata tal-kampanja. Ilbieraħ il-Mexxej Laburista kellu ġurnata impenjattiva ferm li bdiet b’dibattitu bejn il-mexxejja Politiċi fl-Università ta’ Malta fejn il-Prim Ministru ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-istudenti.
Wara l-Mexxej Laburista kompla jħabbar aktar proposti din id-darba dawk tal-libertajiet ċivili biex mbagħad filgħaxija sab mijiet ta’ nies jistennewh fl-Isla għal Pjazza fi Pjazza.
Hawnhekk, in-nies li nġabru kellhom biss kliem ta’ tifħir għall-ħidma ta’ Gvern Laburista, taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat fejn tidħol l-ugwaljanza u d-drittijiet ċivili. Fosthom, tat it-testimonjanza tagħha Joanne Cassar.