Sean Buhagiar inħatar bħala l-ewwel Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta. Teatru Malta hija inizjattiva tal-baġit li l-Gvern alloka aktar minn €170 elf f’fondi. Flus li se jintuzaw għal proġetti kulturali u aktar kampanji dwar it-teatru.
Sean Buhagiar tkellem kif fl-irwol tiegħu ta’ Direttur Artistiku se jaħdem biex aktar persuni jsiru jħobbu teatru u biex jiddakru artisti ġodda.
Hu tkellem fuq PJAZZA dwar il-proċess ta’ kif intgħażel bħala Direttur Artistiku, dwar l-esperjenzi tiegħu u ħafna iktar.