Glen Carabott, uffiċjal tal-Pulizija Malti li kien ilu tliet snin jaħdem fil-Kosovo wasal lura f’Malta. F’dan il-filmat huwa jispjega l-esperjenza tiegħu li fi kliemu żviluppat aktar il-ħiliet tiegħu. Carabott kien parti minn operations mission li matula Pulizija Maltin ingħataw l-opportunità li jaħdmu barra minn xtutna.
Huwa kien involut f’investigazzjonijiet importanti fosthom arresti relatati mat-terroriżmu, qbid ta’ ammonti kbar ta’ droga flimkien ma’ esperjenza oħra li ftit li xejn il-Pulizija ta’ pajjiżna jiltaqgħu magħhom.
Il-Pulizija spjega kif matul dawn it-tliet snin tgħallem aktar dwar il-ħidma bejn l-Unjoni Ewropea, il-forzi armati tal-Kosovo kif ukoll in-Nazzjonijiet magħquda. Iżda huwa kellu ukoll appell għal Pulizija oħra bħalu biex qatt ma jaqtgħu qalbhom u jieħdu l-opportunità li jaħdmu barra.