L-aħħar jum tal-kampanja elettorali fejn propju ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru ta’ Malta ta diskors emozzjonanti quddiem eluf ta’ Maltin u Għawdxin li attendew bi ħġarhom għall-aħħar mass meeting f’Ħal Far.
Ftit wara li temm id-diskors il-Prim Ministru għamel messaġġ żgħir biex jagħlaq dan il-jum li bħal kull ġurnata ta’ qabel kien mimli impenji tal-kampanja, fejn f’dan il-messaġġ hu rringrazzja lil kulħadd li b’xi mod għen f’din il-kampanja elettorali.
Fakkar kif nhar is-Sibt għandna għażla jekk nieqfux nofs triq jew inkomplu mexjin ‘il quddiem, lil min tridu li jmexxi l-pajjiż jekk hux Simon Busuttil jew Joseph Muscat. Sostna li hu lest li jservi u jkompli jmexxi ‘l quddiem lil dan il-pajjiż. Muscat temm billi qal “jien nemmen li dan il-pajjiż jista’ jimxi ħafna iktar ‘il quddiem u jekk naħdmu flimkien, l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej.”