Mibnija fis-snin ħamsin iżda qatt inawgurata, il-funtana tat-Tritoni saret sinonima mad-daħla tal-Belt Valletta u l-venda l-antika tal-karozzi tal-linja.
Tul is-snin il-funtana żviluppawlha bosta ħsarat, b’mod partikolari fl-elf disa mija tmienja u sebgħin wara li l-plattin ta’ fuq iċċaqlaq minn postu u nqasam.
One News tkellem mar-restawratur tal-bronż Kenneth Cauchi, u l-Project Manager Joseph Scicluna li kkordinaw x-xogħol ta’ restawr.
Fl-isfond tad-dehra l-ġdida tagħha, sjegalna l-isfidi li ltaqgħu magħhom tul ix-xogħol li sar fuq il-bronż kemm f’Malta kif ukoll ġewwa funderija f’Firenze u Vicenza.
Cauchi qal li“Mill-att ta’ bronż iżżarma kollu, tneħħa il-konkos kollu li kien hemm ġol-istatwi u sar qafas ġdid biex jerfa’ l-plattin hu”
Is-sistema tal-pompi nbidlet kompletament. Minn żewġ pompi żdiedu għall-għaxra u ddaħħlet sistema ta’ filtrazzjoni tal-ilma. Bis-saħħa tagħha l-ilma li se jiġi ppumpjat se jkun dejjem nadif.
Sostna li “Qabel oriġinarjament kien hawn żewġ pompi biss illum hawn għaxra, tnejn għal-filtrazzjoni u t-tmienja l-oħra huma għall-waterfeatures tal-funtana. Propjament hemm 8 bl-istand by b’kollox. Hemm 4 pompi għall water features separat u 4 oħra back-up. F’każ li tmur pompa għandek oħra backup.”
Għall-ewwel darba mindu nbniet ġiet installata sistema tad-dawl li se tkun qed tagħti ħajja oħra lit-tliet tritoni li għal aktar minn sittin sena sebbħu d-daħla tal-kapitali.
Cauchi qal li “Saru dwal ġodda fejn qatt ma kien hemm speċjalment fil-banju fil-vaska inferiore allura probabilment illum il-vaska se tidher ferm aktar differenti fejn qatt rajniha”
Mistoqsi dwar id-disinn tal-funtana mill-artist Vincent Apap, is-Sur Cauchi spjega x-xebħ li hemm ma’ numru ta’ funtani f’Ruma u Londra.
Hu qal li “Teżisti il-fontana della niada ta’ Ruma fi Piazza della Repubblika fejn probabilment l-ispirazzjoni tal-funtana tat-tritoni ttieħdet minn hemhekk” kompla billi qal “Il-probabilta’ hja li fid-disinn tagħha it-tritoni hija meħuda minn diversi funtant hemm xebx minn fontana della tartatuge, fontana della niada u l-artist kien ispirat ukoll minn dik ta’ Trafalgar Square ta’ sir david lutkins”
Fatt interessanti huwa li l-bniedem li reġa’ ta l-ħajja lil din il-funtana kien preżenti fl-attività meta nkisret erbgħin sena ilu. Kien hawn li Cauchi għamel wegħda miegħu nnifsu li jara din il-funtana lura fl-istat oriġinali tagħha.
Cauchi qal li “Jiena l-interess tiegħi beda 40 sena ilu meta kont tifel. Nista’ ngħid li kont dejjem interessat fil-funtana rajtha tinkiser kont hawn preżenti meta il-funtana nkisret. Minn dakinhar ta’ tifel li kont ħadt id-deċiżjoni li xi darba din irrid naraha rranġata kif suppost”