Ġimgħatejn wara li ħareġ l-iskandlu Skema Pagni PN. Erbatax-il ġurnata li matulhom il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma ppubblikax prova waħda biex jiċħad dak li kixfu donaturi tal-Partit tiegħu stess.
Donaturi li żvelaw kif fuq it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni stess, kienu qed iħalsulu l-pagi ta’ Brian St John u Rosette Thake.
F’din l-analiżi fuq il-programm PJAZZA, Karl Stagno Navarra analizza aktar fid-dettall l-aħħar żviluppi dwar il-kriżi li ħakmet lill-Partit Nazzjonalista, li fost oħrajn tinkludi żewġ verżjonijiet differenti ta’ Busutill u De Marco.