Dan il-kelb twieled b’żewġ saqajn u l-veterinarji qalu li jkun l-aħjar li jekk dan il-ġeru jitraqqad. Iżda l-fundatur ta’ santwarju għall-annimali emmen li lil dan il-kelb setgħu joffrulu destin isbaħ u li minkejja d-diżabbiltá tiegħu xorta waħda jista’ jsalva u jgħix.
Il-veterinarji bassru li dan il-kelb ma kienx se jiżvilluppa u jmut fi ftit jiem iżda jidhru li kienu żbaljati. Lou Robinson flimkien mar-raġel tagħha li addottaw il-kelb spjegaw li fis-sittax-il ġurnata l-kelb waqaf jiekol u kellhu problemi f’saħħtu, iżda b’xorti tajba din ma kienet xejn għajr kundizzjoni normali fl-ewwel ġranet tal-ġriewi.
Dan il-kelb, kien se jispiċċa bla ħajja iżda l-qalb tajba ta’ dawn in-nies tagħtu tama li jgħix. Din hija tagħlima għal dawk kollha li għandhom l-annimali għal qalbhom, li xi kultant ikollhom bżonn ta’ ftit aktar attenzjoni u ħin qabel jitraqqdu.
Illum il-kelb għandu ħames ġimgħat u l-familja li qed tieħu ħsiebu f’intervista stqarret li qed tagħmel dak kollu possibbli biex dan il-kelb jgħix.