Karozza tal-kiri li kienet qed tintuża minn turisti, inħakmet minn nirien illum għall-ħabta tas-13:10 ta’ wara nofsinhar.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, waqt li kien viċin lukanda li tinsab fi triq il-Kosta, lemaħ l-istess karozza tal-kiri b’passiġieri turisti, li kienet qed tieħu n-nar.
Farrugia mar jagħti l-għajnuna lill-passiġieri, flimkien ma’ ħaddiema li jaħdmu fl-istess lukanda.
F’ħin qasir, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u r-Rapid Intervention Unit waslu fuq il-post u ħadmu biex jitfu in-nar.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.