Il-gowler ta’ Liverpool Loris Karius ġarrab concussion waqt il-finali tal-Champions Legaue u li setgħet affettwat il-prestazzjoni tiegħu.
Qal dan konsulent ewlieni dwar ħsara fil-moħħ.
Anyone noticed THAT?! 49 th Minute: #Ramos hit #Karius against his head! 😳 #UCLfinal pic.twitter.com/f0SEgzdMkS
— Prometheus (@68Bor) May 26, 2018
Karius kellu logħba diżastruża meta wettaq żewġ żbalji kbar li wasslu lil Real Madrid biex jirbħu ċ-Champions League għat-tielet sena konsekuttiva.
Filmat li beda jdur fuq il-midja soċjali juri lill-captain ta’ Real Madrid Sergio Ramos jolqot ras Karius waqt ġlieda għall-ballun li ġrat ftit minuti qabel wettaq l-ewwel żball.
Fl-aħħar ta’ Mejju li għadda, Dr Ross D Zafonet mill-Isptar Ġenerali ta’ Massachusetts f’Boston għamel “eżaminazzjoni komprensiva” tal-gowler ta’ Liverpool. Wara li ra l-filmati tal-inċident u sema’ l-verżjoni ta’ Karius, huwa kkonkluda li l-plejer ta’ 24 sena ġarrab concussion waqt il-logħba.
Fi stqarrija, Dr Zafonte qal li l-concussion kienet marbuta mal-wirja ta’ Karius fil-finali. Huwa qal li mill-evalwazzjoni li għamlu, Karius beda jbati minn problemi fil-vista eżatt mal-inċident. Huma żiedu jgħidu li l-inċident seta’ affettwa l-wirja tiegħu.
L-istqarrija żiedet tgħid li Karius qed ifieq mill-ġrieħi li ġarrab u mistenni jfieq kompletament.
Karius kien qed jinżamm responsabbli għat-telfa ta’ Liverpool u minn jeddu tgħabba bir-responsabbiltà għall-iżbalji tiegħu.