Costache Mugurel huwa raġel li xogħolu jirrikjedi li jitfi n-nar fir-Rumanija. Ġara li ġurnata fost l-oħrajn il-Protezzjoni Ċivili tar-Rumanija rċevew telefonata li raġel ta’ 52 sena flimkien mal-kelb tiegħu kienu maqbudin f’ħuġġieġa nar.
Ir-raġel midrub ittieħed l-isptar filwaqt li l-kelb spiċċa fuq ġenb ta’ bankina ma jistax jieħu nifs. Kif jirrikjedi xogħolu, Mugurel beda juża l-metodu tas-CPR fejn spiċċa ħalq ma’ ħalq mal-kelb.
Wara ftit sekondi l-kelb kien lest biex tintlibislu maskra tal-ossiġnu u minn hemm kull min kien madwarhom induna li l-kelb ġie mogħti ċans ieħor biex jgħix.
Ġurnalist li kien qed isegwi dak kollu li kien qed jiġri, qabad dan il-mument fuq il-kamera u poġġieh fuq is-sit soċjali Facebook bit-titlu “Nobody gets left behind”.
Il-filmat rċieva diversi kummenti fejn bosta rringrazzjaw il-ħidma ta’ dan ir-raġel, fejn Mugurel qalilhom li “kull ma kont qed nagħmel huwa xogħoli.”