Id-Dipartiment tal-Pulizija f’Loveland, Colorado, l-Istati Uniti, beda investigazzjoni fuq xi uffiċjali tal-Pulizija wara li t-Tnejn ħareġ filmat tagħhom jiddieħqu b’anzjana bid-dimensja li weġġgħet waqt l-arrest.
Jihdher li l-filmat inħareġ mill-familja u l-avukati tal-mara, li għandha 73 sena, u ġiet arrestata għaliex ma ħalsitx xirja ta’ tlettax-il dollaru Amerikan. Jidher ukoll li minħabba l-forza li ntużat fuqha waqt l-arrest, sofriet xi ksur fi spallitha, u dan jidher li hu evidenti fil-filmat.
Hawnhekk, żewġ uffiċjali tal-Pulizija, fosthom dak li arresta lill-anzjana, jidhru jgħaddu s-sitwazzjoni biż-żmien. Il-Pulizija li arresta lill-anzjana ġie sospiż, filwaqt li l-uffiċjal li dehret miegħu fil-filmat ingħatat xogħol amministrattiv sakemm għadha għaddejja l-investigazzjoni.