Gabriella Tonna, tfajla ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar tressqet il-Qorti wara li filmat ta’ kamera tas-sigurtà fuq karozza tal-linja, xejjen akkużi ta’ stupru li għamlet fil-konfront ta’ xufier.
Filfatt wara li akkużat lil Josef Cuschieri b’attentat vjolenti fuq il-pudur tagħha, mill-filmat dehru fatti differenti mill-verżjoni tagħha. Fatti li juru li ż-żagħżugħa kellha x’taqsam max-xufier sesswalment bil-kunsens tagħha.
Fil-Qorti t-tfajla wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha, u ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu t’€1,500 u garanzija personali t’€10,000.
Mingħajr ma daħlet fil-mertu tal-każ, iżda wara l-investigazzjonijiet meħtieġa, il-Malta Public Transport issospendiet lix-xufier, b’dan tal-aħħar mistennija jittieħdu passi dixxiplinarji kontrieh fiż-żmien li ġej.