Filmat li qed jinxtered fuq l-internet juri kif dimostrant li ħa sehem fil-protesti li qed isiru favur il-kritiku ewlieni tal-President Russu Vladimir Putin, Alexei Navalny, kien interrogat b’mod inuman f’daru stess.
Il-filmat juri kif Gennady Shulga kien interrogat mill-pulizija Russa. Huwa deher mitfugħ mal-art b’rasu miżmuma fejn l-ikel tal-klieb. Shulga qal li l-filmat qed jinxtered biex juri x’kapaċi jagħmlu l-awtoritajiet Russi.
Bħalissa qed isiru diversi protesti favur Navalny, b’diversi rapporti li l-pulizija Russa qed tuża kull sforz biex trażżan il-protesti.