Fil-messaġġ tas-sbatax-il jum tal-kampanja, esprima s-sodisfazzjon tiegħu il-Prim Ministru Joseph Muscat hekk kif fil-ġurnata internazzjonali kontra l-omofobija Malta ngħatat ċertifikat pożittiv ieħor, din id-darba f’dawk li huma libertajiet ċivili.
Dan hekk kif fi klassifika importanti pajjiżna, għat-tieni sena konsekkuttiva, klassifika bħala l-aktar pajjiż Ewropew li għandu l-iżjed politika miftuħa għal persuni b’orjentazzjoni differenti.
Fakkar kif ħaddieħor astjena meta Gvern Laburista daħħal l-aktar dritt ċivili importanti, l-unjoni ċivili u li l-Partit Nazzjonalista għandu fi ħdanu persuni b’ideat konservattivi li ma jemmnux fl-avvanz liberali. Il-Prim Ministru spjega ukoll il-viżjoni tiegħu għal leġiżlatura li jmiss fejn jidħlu dawn id-drittijiet: