Fit-22 jum tal-kampanja, l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat kien imdawwar b’follol kbar ta’ nies hekk kif indirizza żewġ attivitajiet politiċi, waħda fl-Imġarr u oħra fil-Ħamrun. Fiż-żewġ lokalitajiet il-Prim Ministru ngħata merħba sabiħa u tkellem fuq temi diversi fosthom dwar il-BWSC, l-artisti u l-bdiewa fl-Imġarr filwaqt li għall-Ħamruniżi kellu l-mistoqsija jekk iridux lilu jew lil Simon Busuttil bħala Prim Ministru. Iżda dawn ma kienux l-unika attivitajiet li kellu l-Prim Ministru, segwi dan il-filmat: