Fis-sitt jum tal-kampanja, l-Facebook LIVE tal-Prim Ministru li qed jagħmel kull jum tal-kampanja biex iżomm iċ-ċittadini infurmati b’dak li jkun għaddej matul il-ġurnata.
Din id-darba l-facebook live sar bejn sema u ilma hekk kif il-Prim Ministru jinsab fi triqtu lejn Għawdex hekk kif ftit tal-ħin ieħor se jkun qed jindirizzi attività politika fi Pjazza Santu Wistin, Għawdex. Il-mexxej laburista fakkar li pajjiżna ħareġ is-sejħa biex ikollna fast ferry li permezz tiegħu l-Għawdxin minflok jagħmlu użu mill-Gozo Channel se jkunu jistgħu jmorru mill-Imġarr lejn Sa Maison direttament.
Proġett li se jkun qed inaqqas ukoll it-traffiku. Joseph Muscat qal li dan is-servizz se jkun qed jintuża sakemm issir mina bejn Malta u Għawdex. Iżda dan mhux l-uniku investiment li Gvern Laburista għamel f’Għawdex u fl-Għawdxin hekk kif fost oħrajn, ġab l-akbar investiment f’Għawdex ta’ kull żmien – l-iskola medika ta’ Barts u sptar ġdid.
Fil-messaġġ tiegħu l-mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista huwa kommess li mhux itella’ n-nies f’Għawdex b’mod artifiċjali iżda joħloq ix-xogħol permezz tal-investiment.