Għat-23 jum tal-kampanja, l-Mexxej Laburista kellu appell importanti dwar l-importanza ta’ vot fit-3 ta’ Ġunju li ġej.
Il-Prim Ministru, li llum żar in-nies ta’ Ħal Luqa qal li fadal kważi 40,000 vot li ma nġabrux. Voti li issa jinsabu fl-Għases hekk kif il-Pulizija diġà daru d-djar kollha.
Il-Prim Ministru tenna li huwa importanti li dak li jkun imur jiġbor il-vot għaliex mingħajru wieħed ma jkunx jista’ jivvota għal din l-elezzjoni importanti “biex inkomplu nmexxu l-pajjiż ‘il quddiem.”