Għall-ħabta tal-17.00 persuni li kienu passiġġieri fuq il-Gozo Channel raw ħuta kbira viċin il-moll taċ-Ċirkewwa.
Il-ħuta, magħrufa bħala Tresher Shark hija kbira madwar erba’ metri u sabet diffikultà hekk kif inqabdet bejn il-ġebel.
Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq is-sit u bdew operazzjoni biex il-ħuta tittella fuq ix-xatt. Il-ħuta mietet ftit tal-ħin wara minħabba d-diffikultà li sabet meta pruvat issib kenn fiċ-Ċirkewwa.
Ritratti u Filmati: Ray Mizzi