Tnieda l-vidjo mużikali flimkien mal-kanzunetta li se tkun qed tirrappreżenta lill-pajjiżna għall-Junior Eurovision fil-Polonja.
Il-kanzunetta se tkun qed tinterpretaha l-kantanta żagħżugħa Eliana Gomez Bianco ta’ 14-il sena li bdiet fid-dinja tal-kant fl-età ta’ sitt snin.
Il-kanzunetta bl-isem ‘We Are One’ se tkun kantata minn Eliana fl-24 ta’ Novembru fil-Polonja fejn iż-żagħżugħa se tkun qed tirrappreżenta lill-pajjiżna f’festival mimli talent minn madwar l-Ewropa.