Dalgħodu Simon Busuttil reġa’ kien qed idur għand tal-ħwienet. Jgħid kelmtejn, jippreżentalhom dokument – dak li meta nistaqsuh dwaru ma jkollux risposta – u m’għandniex xi ngħidu dik id-doża ta’ negattivita ma tonqosx.
“Road map,” instema jgħid xi ħadd li kien mal-Kap tal-Oppożizzjoni. U sid il-ħanut malajr urih fejn hi r-road map għax qallu: “Nafu mela ma nafux kieku ma nafux kieku l-ekonomija mhux tajba bħalma hi ma nistgħux inkunu negattivi biss hux hemm ħafna affarijiet tajbin għaddejjin bħalissa jien ma nistax ingorr dik hija l-verità jien ma nistax ingorr dal-ħanut biss Allajbierek inħaddem ħmistax –il ruħ ma nistax ingorr.”