Filmat imxerred fuq il-midja soċjali juri ġuvni jirriskja ħajtu u jaqbeż mill-pont ta’ Tignè.
Il-filmat qasir li ttella’ fuq il-paġna Malta Diżastru Totali, laqat l-għajn ta’ bosta, b’għexieren isejħulu l-bluha taż-żogħżija u kif dan il-ġuvni ma ħasibx fil-konsegwenzi kieku seta’ ġara xi ħaġa u ma spiċċax fil-baħar.
Oħrajn sostnew kif ma jistgħux jifhmu kif bniedem jasal jipperikola ħajtu u ħajjet ħaddieħor hekk kif seta’ spiċċa fuq xi ħadd jew seta’ ma spiċċax fil-baħar.