Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-20:15 seħħet serqa f’ħanut fi triq Ġuże Orlando f’Birkirkara.Irriżulta li raġel mgħammad daħal fil-ħanut armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, u minn hemm ħa ammont sostanzjali ta’ flus mill-cash register, u ħarab minn fuq il-post.
Fil-ħin tas-serqa fil-ħanut kien hemm xi klijenti. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.