Reġa’ wasal żmien l-għasir tal-għeneb, bil-prodotturi tal-inbid irrid jħabblu moħħhom lil min se jsibu biex itihom daqqa t’ id fil-qtugħ tal-għeneb.
Madankollu din is-sena kienet waħda aħjar minn l-aħħar tlett snin, dan għall-ammont ta’ xita mhux ħażin li għamlet fl-aħħar xhur.
Minkejja l-perikli li ġġib magħha x-xita f’Awwissu, li din is-sena kienet bil-bosta, jidher li ma għamlitx daqshekk ħsara lid-dielja, dan għal fatt li l-kundizzjonijiet li fihom għamlet ix-xita, ma’ kinux daqshekk ħżiena.Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Marsovin, Jeremy Cassar dwar l-andament tal-produzzjoni tal-għeneb u l-inbid.
Cassar tkellem dwar l-isfidi ewlenin lill-bidwi Malti qed iħabbat wiċċu magħhom. Qal kif fost oħrajn jixtieq li jara iżjed inċentivi min-naħa tal-gvern sabiex iħajjar iżjed persuni jaħdmu fis-settur tal-biedja, dan għal fatt li se jasal żmien fejn f’ pajjiżna mhux ser jifdlilna bdiewa.
Huwa ħeġġeġ lill-Gvern biex ikompli jaħdem fuq il-proġett ta’ New Water.
“L-ideali li network tas-2nd grade water tikber, l-ewwel nett għaliex il-bidwi għandu ħafna spejjeż, u u ma nibqgħux nieħdu l-ilma mill-water table”.
Staqsejna lil Cassar dwar l-andament tal-għeneb indiġenu Malti l-Ġellewża u l-Girgentina li għal xi żmien konna fil-periklu li jintilef lura għas-sena elfejn u sittax., wara li ma bdew jipproduċu kwantita ta’ għeneb u mietu ħafna minnhom.
“Qed inkabbru d-dwieli f’nursery barra minn Malta. Bagħtna l-cuttings barra u minn dawn il-cuttings qed jipproduċu madwar 50,000 dwieli li se nippjantaw f’ pajjiżna”
Cassar tkellem dwar l-introduzzjoni tal-inbid organiku, xi ħaġa nnovativa f’ pajjiżna lill-kumpanija Marsovin daħlet fis-suq fl-aħħar snin.
Qal kif dan intlaqa’ tajjeb ferm mill-pubbliku dan anke’ għax hu iktar bnin u anke ta’ kwalità aħjar.