Kesħa fina u kulħadd liebes il-ġkieket bosta rħewlha lejn il-kapitali biex jibdew jixtru r-rigali tal-Milied.
Fit-toroq tal-Belt spikkaw in-nies b’xi basket u fil-ħwienet kulħadd jgħarrex u jara x’se jixtri dak li jgħodd għalih u għal ħaddieħor.
Staqsejna lin-nies li dlonk weġbuna kif ħadu l-okkażjoni biex f’jum ta’ festa pubblika jibdew jaħsbu għar-rigali tal-Milied.
Lil hinn mit-tradizzjoni bibblika tas-Slaten Maġi li offrew ir-rigali lil Ġesù Bambin, in-nies li tkellmu magħna qalulna għaliex jagħtu r-rigali.
Qalulna wkoll kemm iżommu man-nefqa li jkunu pjanaw li jonfqu fuq ir-rigali lil għeżież u l-ħbieb tagħhom.