“Dawn it-tfal żgur jiddejqu meta jaslu l-btajjel. Mod eċċellenti kif iżżomm lill-istudenti kuntenti u ferħanin u mod kreattiv kif jgħamlu l-eżerċizzju.”
Dawn huma ftit minn għexieren ta’ kummenti pożittivi taħt filmat li juri tfal tal-iskola fi skola f’Għawdex jeżerċitaw ruħhom ma’ kanzunetti flimkien mal-għalliema tagħhom, immexxija mill-Kap tal-Iskola.
L-iskola The Happy School f’Għawdex immexxija mill-Kap tal-Iskola Lelio Spiteri, hi magħrufa sew għal mod ta’ kif tittratta lill-istudenti tagħha b’attivitajiet eċċellenti u differenti biex it-tfal tal-iskola aktar tħeġġiġhom jattendu u mhux ifittxu biex jasal il-ħin sabiex jitilqu.
Minn attivitajiet fejn jiċċelebraw għeluq is-snin tal-pet tagħhom, għal attivitajiet fejn jiċċaqilqu, jiżfnu u jidħqu ma’ kanzunetti brijjużi.
Intant kienu bosta ġenituri u anke persuni li raw il-filmat, li faħħru lill-Kap tal-Iskola għall-ħidma li jwettaq għat-tfal ta’ din l-iskola bi wħud jikkummentaw kif jekk iddur id-dinja żgur ma ssibx Kap tal-Iskola bħalu u oħrajn isostnu li jixtiequ li jibgħatu lit-tfal tagħhom f’din l-iskola.