Għaqda li titkellem favur id-drittijiet tal-annimali, Animal Liberation Malta, ġibdet l-attenzjoni dwar allegat każ ta’ 35 ħanżir li kienu qed jinżammu fi stat ħażin u x’aktarx b’mod illegali f’għelieqi fil-Mellieħa.
Il-mara li sabet il-ħnieżer, spjegat kif dawn il-ħnieżer kienu qed jinżammu f’għelieqi lil’hinn minn kollox allegatament b’mod illegali hekk kif mhux irreġistrati kif għandu jkun. Spjegat kif mas-sejba taħgha hi ndunat li l-ħnieżer kienu bil-ġuħ u minn hemm irrealizzat li hu każ ieħor ta’ negliġenza.
L-istess mara spjegat kif rrapportat dan il-każ mal-Pulizija u li bħalissa għaddejjin bl-investigazzjonijiet fejn sadanittant din l-mara qed tmur titma’ lill-ħnieżer.
Huma bosta persuni li faħħru l-ġest nobbli ta’ din l-mara, iżda r-reazzjonijiet ma kinux biss pożittivi hekk kif uħud argumentaw li din is-sejba tfisser li dawn il-ħnieżer se jkollhom destin ikrah hekk kif skont il-liġi, kull ħanżir li jinstab li qed jinżamm b’mod illegali għandu jittieħed mingħand is-sid u jinqatel dan sabiex jiġu evitati tixrid ta’ mard.
Riċentament il-Gvern ħareġ l-applikazzjonijiet sabiex dawk li jżommu ħanżir bħala pet ikunu jistgħu jirreġistrawh, dan hekk kif għal snin twal ma kienx hemm distinzjoni bejn ħanżir li kien għal qatla u ieħor li jinżamm għal pet u kawża t’hekk kienu bosta li qed jiġu miżmuma b’mod illegali.
Dan għaliex qabel sabiex wieħed jikseb il-permess biex iżomm ħanżir, ried jixtri l-permess mingħand razzett li diġà jżommom. Permezz ta’ din l-applikazzjoni, issa saret aktar faċli għal dawk kollha li kellhom ħanżir bħala parti minn familthom biex jiġu skont il-liġi u b’hekk il-Gvern ikun jaf kemm qed jinżammu ħnieżer pets b’persuna li trid iżżomm ħanżir pet ma tistaz iżżomm aktar minn tnejn jekk ma jkunux għal konsum.