Is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, Patricia Scotland, kellha kliem ta’ tifħir għall-President George Vella fejn irrakkontat il-jiem ta’ ħidma li kellha miegħu.
Spjegat kif huwa persuna li tista’ toqgħod fuqu u kif ukoll kien dejjem lest li joffri l-appoġġ tiegħu meta kien Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Irrakkontat kif Dr. Vella kien laqa’ stedina li kienet għamlitlu sabiex iservi bħala membru fil-Grupp ta’ Livell Għoli biex jagħmel reviżjoni tal-arranġamenti tal-Gvern tal-Commonwealth.
Spjegat kif dawn il-kontribuzzjonijiet juru kif Dr. Vella hu bniedem b’sens ta’ unur, persuna b’devozzjoni lejn pajjiżu u kif ukoll lejn il-Commonwealth.
Scotland temmet il-messaġġ tagħha billi qalet li temmen li Dr. Vella se jwettaq xogħol siewi fl-irwol tiegħu bħala President ta’ Malta.