Il-fjamingu li jinsab ‘residenti’ fir-Riserva Naturali tal-Għadira qed jisbieħ aktar kemm jgħaddi żmien bil-kulur roża jkun aktar viżibbli fir-rix tiegħu.
Dan il-fjamingu ilu firr-Riserva minn Settembru tas-sena li għaddiet wara li ttieħed mill-Mellieħa wara li kellu l-munqar midrub u kif ukoll kellu uħud mir-rix ewlenin neqsin li kawża t’hekk ma setax itir.
Fortunatament b’kura kif sippost, ir-rix jista’ jerġa’ jikber biż-żmien, fejn eventwalment għad jasal jum li jkun jista’ jerġa’ jtir.
Ritratt: Aron Tanti
Filmat: Nathaniel Attard