L-ewwel jum tas-sajf jidher li beda b’ħafna xita u kif ukoll sajjetti.
Temp li żgur mhux forsi ħadd ma jkun qed jistenna għall-ewwel jum ta’ dan l-istaġun. Dan hekk kif minflok xemx tiżreġ, in-natura ddeċidiet li taħsel it-toroq u mhux bi ftit ilma iżda bi bramel tax-xita.
Jidher li mhux kull lokalità ntlaqtet mix-xita iżda fost dawk milquta nsibu lil Ħaż-Żebbuġ, Birkirkara u l-Imrieħel.
Ritratti ta’ mal-artiklu: Dejan Vucinovic