Raġel ta’ 33 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-karozza fi Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ fis-09:20, bejn vettura BMW 320D u oħra Peugeot 206 li din tal-aħħar bl-impatt, inqalbet. Il-BMW kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Marsaskala, u l-Peageot misjuq mill-vittma li jgħix Birżebbuġa.
Dan tal-aħħar ittiehed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn kien ikkonfermat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan fl-istess waqt li s-sewwieq tal-BMW ma sofra l-ebda ġrieħi.