Filmat imtella’ fuq il-midja soċjali, il-Freedom Flotilla Coalition kkonferma li l-awtoritajiet Maltin mal-ewwel bagħtu l-assistenza lejn il-vapur li fuqu żviluppaw nirien.
Filfatt, f’parti mill-filmat instema uffiċjal Malti miċ-Ċentru tas-Salvataġġ jibgħat dgħajsa tal-irmonk li kellha l-apparat biex titfi n-nirien fuq il-post.
Fi stqarrija, il-Gvern Malti qal ukoll li waslet ukoll lanċa tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Fuq il-vapur, li allegatament ġie milqut minn xi drones kien hemm 16-il persuna u mhux 30 kif ġie rrapportat mill-midja.
AQRA AKTAR: