Raġel kien imneħħi b’mod vjolenti min uffiċjali tal-avjazzjoni f’titjira tal-United Airlines fl-ajruport internazzjonali ta’ Chicago O’Hare. Kif jidher fil-filmat, il-passiġġier ġie mkaxkar l-barra.
Fi stqarrija l-linja tal-ajru qalet li fit-titjira skedata kien hemm overbooking u ħadd ma ried iħalli l-ajruplan b’mod volontarju. Għalekk intagħżlu erba’ passiġġieri u ntalbu jitilqu. Però kien hemm passiġġier li ma riedx iħalli postu. Biex dan il-passiġġier jitlaq, intalbet l-assistenza tal-uffiċċjali tal-avjazzjoni u kaxrkru l-passiġġier ‘il barra.
Id-dipartiment tal-avjazzjoni ta’ Chicago ħareġ stqarrija li l-uffiċjal li kaxkar lir-raġel il-barra mill-ajruplan intqiegħed fuq leave sakhemm jagħmlu l-istħarriġ tagħhom.
https://www.youtube.com/watch?v=ZuKtxJsmWgA