Timmaġinak titlaq minn pajjiżek biex tieħu ħsieb il-klieb li jgħixu fit-toroq? Din hija deċiżjoni diffiċli, iżda deċiżjoni li ħadet veterinarju mir-Renju Unit, li ħalliet kollox warajha u marret tgħix is-Sri Lanka biex tfejjaq u tagħti l-assistenza medika klieb li m’għandhomx saqaf fuq rashom.
Janey Lowes ilha tagħmel dan għal dawn l-aħħar sentejn.
Hija spjegat li fuq din il-gżira hemm madwar tliet miljun kelb jduru fit-toroq, mingħajr imħabba, ikel, xorb u saqaf fuq rashom.
Il-veterinarju qalet lil BBC, li madwar 60% tal-ġriewi li jitwieldu fit-toroq ma jirnexxilhomx jgħixu għal aktar minn sentejn.