Dalgħodu ħidma ta’ kuljum mit-Taqsima tal-immiġrazzjoni flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, wasslet biex grupp ta’ sitt immigranti f’daqqa nġabru minn dar fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura.
Sorsi qalu li huma nġabru mill-Pulizija wara li rriżulta li huma kienu qed joqgħodu f’pajjiżna b’mod irregolari, hekk kif kellhom permess ta’ residenza Taljana u kien ilhom aktar minn 3 xhur f’pajjiżna. Liema permess wieħed jista’ joqgħod bih f’pajjiżna għal tlett xhur biss u ma’ jistax jaħdem f’Malta.
Sorsi qrib ONE News qalu li l-Pulizija wasslet għal dawn l-immigranti wara spezżjoni li kienet qed issir fi Triq Aldo Moro l-Marsa dalgħodu mit-taqsima tal-Immigrazzjoni u r-RIU. Jidher li huma ġabru raġel li ma kellux dokumenti fuqu u għalhekk ħaduh fir-residenza tiegħu sabiex jippreżenta d-dokumenti lill-istess pulizija.
Iżda ġara li malli daħlu fid-dar il-Pulizija sabu ħames immigranti oħra li kienu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari. L-immigranti inġabbru f’vann tal-Pulizija u ttieħdu lejn il-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana għal-iżjed stħarriġ.