Żewġ pulizija salvaw kangaroo minn għarqa f’bajja f’Melbourne, l-Awstralja.
Jidher li l-kangaroo ttella’ l-art minn residenti li rawh f’diffikultà qalb il-mewġ, u dawn ċemplu mal-ewwel għall-għajnuna. Fi stat ta’ paniku, il-kangaroo reġa’ niżel il-baħar u nħakem mill-mewġ.
Il-Pulizija tellawh mitluf minn sensih, u għamlulu CPR. Kważi mal-ewwel, il-kangaroo reġa’ beda jieħu n-nifs.
Huwa qed jingħata trattament xieraq f’ċentru għall-annimali tas-selvaġġ fil-viċinanzi.