Bħalissa l-Pulizija tinsab għaddejja b’ħidma sabiex itella’ raġel li niżel jgħum għarwien ħuta fil-bajja ta’ Spinola f’San Ġiljan.
Xhieda fuq il-post stqarru li minkejja fuq il-post hemm numru sostanzjali ta’ Pulizija tad-Distrett u tal-RIU r-raġel deher li baqa’ jwebbes rasu u daħal jistaħba bejn numru ta’ dgħajjes li hemm marbutin fl-istess bajja.