Wara l-ġurament tal-ħatra, Il-Prim Ministru, ta l-kummenti lill-midja fejn beda bl-appell ewlieni ta’ Gvern ġdid Laburista, li dan il-pajjiż b’potenzjal kbir jerġà jingħaqad biex jitħassru l-effetti ta’ din il-kampanja diviżiva. Huwa tenna li se jkun qed jaħdem ma’ nies ta’ rieda tajba miż-żewġ kampi politiċi li jridu lil pajjiżna jimxi ‘l quddiem.
“Aħna fl-aħħar mill-aħħar, familji, nies li naħdmu flimkien, pajjiż wieħed.” – JM
Huwa sostna li minkejja li r-riżultat elettorali kien l-ikbar wieħed ta’ kull żmien, Gvern immexxi minnu mhux se jkun qed jimbarka fuq politika diviżiva jew politika li ma żżommx in-nies fiċ-ċentru tagħha.
“Dan il-mandat ċar jitfa’ fuqi u fuq sħabi ferm aktar responsabbiltà.” – JM
Responsabbiltà li se tkun qed tpoġġi lil Malta l-ewwel.
“Dak li jgħid u jagħmel poplu f’elezzjoni m’huwiex għall-unuri iżda responsabbiltà.” – JM
Sostna, għal diversi drabi, li “aħna lkoll Malta” u għalhekk kull wieħed u waħda minnha huwa importanti għal dan il-Gvern.
Fil-kumment tal-Prim Ministru, spikka l-għatx għall-ħidma. Dan hekk kif ladarba jintemm il-proċess elettorali se jkun qed jagħżel il-kabinett tiegħu dan għaliex irid li l-Parlament jitlaqqa’ qabel is-Sajf biex numru ta’ liġijiet li diġà ġew approvati mill-Kabinett ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem. Bil-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ se tkun l-ewwel liġi fuq l-aġenda tal-Parlament.