Il-Prim Ministru deher komdu ħafna meta reporter tal-Partit Nazzjonalista staqsih dwar il-btala li għamel mal-familja tiegħu s-sena li għaddiet f’Dubai.
Fisser kif b’din il-btala qata’ x-xewqa ta’ uliedu u ċċelebra l-għoxrin sena minn meta ltaqa’ ma’ martu Michelle, kif ukoll il-ħmistax-il anniversarju taż-żwieġ. Kienet okkażjoni li ħallas għaliha bil-karta tal-kreditu u li ħallas lura fuq perjodu ta’ xhur, kif jixhdu t-tranżjazzjonijiet tal-bank.
Iffaċċjat bi kriżi interna, il-Partit Nazzjonalista uża lil Daphne Caruana Galizia biex jattakka lill-Prim Ministru għax nefaq €11,000 f’din il-btala.
Eventwalment bdiet timbotta l-istorja l-midja tal-PN u uffiċjali minn tagħhom.
Iżda, dlonk wieġeb il-Prim Ministru bl-iktar mod trasparenti u li ġab fix-xejn il-kritika inkonsistenti tal-Partit Nazzjonalista fejn l-akkuża fl-aħħar sena kienet li ma ħallasx hu.