Għall-31 jum tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru Joseph Muscat żar lit-tliet residenti li hemm jgħixu Kemmuna fejn sostna li għamel żjara f’Kemmuna biex juri kif f’pajjiżna ħadd m’hu minsi.
Spjega kif din hi familja li hi l-unika waħda f’Kemmuna fejn jibqgħu f’kuntatt magħhom tul is-snin għax jagħmlu xogħol importanti ħafna fejn fosthom iħarsu l-ambjent ta’ din il-gżira.
Muscat qal li l-messaġġ tiegħu tal-lum hu li lill’hinn mill-istorbju, is-silenzju li wieħed isib f’Kemmuna u anke li żar familja żgħira hi xi ħaġa simbolika li turi kif kulħadd għandu rwol u sehem f’dan il-pajjiż.
Segwi l-messaġġ kollu fil-filmat t’hawn isfel.