30 ta’ Ġunju 2017 – Din hija d-data li timmarka t-tmiem tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Din kienet l-ewwel Presidenza għal pajjiżna, Presidenza ta’ suċċess li żammet il-bżonnijiet taċ-ċittadini fiċ-ċentru. Fil-fatt kienu bosta l-figuri importanti u l-ġurnali li faħħru l-Presidenza ta’ pajjiżna, Presidenza li ġiet deskritta bħala “a tough act to follow” u li ġiet mfaħħra minn figuri importanti bħal President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.
Ma naqsux ukoll il-kummenti ta’ tifħir għal mod ta’ kif tmexxiet din il-Presidenza mill-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministri u dawk kollha involuti f’sezzjonijiet differenti marbuta mal-Presidenza. Iżda l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu kliem ta’ tifħir u grazzi għalik.
Isma’ l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat fi tmiem il-Presidenza Maltija: